Għażel pajjiż
Agħżel il-pajjiż tiegħek biex issegwi l-aħbarijiet mill-MPE lokali tiegħek:
Il-pajjiżi ta' hawn taħt ma jippubblikawx kontenut bil-lingwa tiegħek. Agħżel il-pajjiż jekk trid issegwi aħbarijiet bl-Ingliż jew bil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom:
Il-Lingwa magħżula: Malti
X'qed tfittex?
Ma nistgħu nieħdu ebda pass lura mill-prinċipju bażiku tal-moviment liberu fl-UE. L-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jaħdmu flimkien biex jipprevjenu abbużi minn dan il-prinċipju. Is-simplifikazzjoni u ż-żieda tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol tal-UE hija prijorità.
Jenħtieġ niġġieldu wkoll għad-drittijiet tan-nisa, inklużi t-tneħħija tad-differenza fil-pagi u l-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru. Huwa importanti li jiġi appoġġjat l-aċċess tal-UE għall-Konvenzjoni ta’ Istanbul dwar il-vjolenza kontra n-nisa u li tingħata prijorità lid-drittijiet tat-tfal. L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu wkoll id-drittijiet tal-minoranzi nazzjonali u tal-gruppi lingwistiċi.
L-Ewropa għandha r-responsabbiltà umanitarja li toffri protezzjoni lir-refuġjati politiċi u lil dawk li qegħdin jaħarbu mill-gwerer ċivili. Sistema komuni tal-ażil effettiva hija meħtieġa filwaqt li r-regoli eżistenti jkunu qegħdin jiġu implimentati bis-sħiħ.
Politika komuni dwar l-ażil u l-immigrazzjoni għandha tagħti prijorità lill-aċċess taċ-ċittadini tal-UE għas-swieq tax-xogħol u żżid l-iżvilupp immirat u l-għajnuna umanitarja. L-UE ma tistax tittollera l-frodi soċjali u d-dumping soċjali. Filwaqt li nirrispettaw il-migrazzjoni legali fis-suq tax-xogħol, huwa importanti li nittrattaw l-abbużi u niddistingwu bejn refuġjati u migranti ekonomiċi. L-Istati Membri għandhom jirritornaw lill-migranti ekonomiċi residenti illegalment lejn il-pajjiżi tal-oriġini tagħhom, b’rispett sħiħ għal-liġi internazzjonali u tal-UE.
Il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u t-terroriżmu hija prijorità. Biex nevitaw it-traġedji jenħtieġ inwaqqfu t-traffikar tal-bnedmin u nżidu s-sigurtà tal-fruntieri għax pajjiżi żgħar u oħrajn tul il-kosta tal-Ewropa jaffaċċjaw sfidi speċifiċi ħafna.
Irridu nagħmlu l-fruntieri tal-Ewropa aktar siguri. Nemmnu li l-Ewropa għandha żżid ir-riżorsi finanzjarji, umani u tekniċi tagħha filwaqt li ssaħħaħ ir-rwol u l-prerogattivi tal-aġenzija għall-protezzjoni tal-fruntieri.
L-Ewropa teħtieġ ukoll strateġija għaċ-ċibersigurtà u kontra ċ-ċiberkriminalità li ttejjeb il-koperazzjoni fost l-Istati Membri, il-pulizija u l-ġustizzja biex tiġġieled il-kriminalità online u offline.
Il-Grupp PPE jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ is-sigurtà tal-UE u s-sigurtà taċ-ċittadini tagħha u li tiżdied is-superviżjoni fuq l-attivitajiet tas-servizz sigriet u l-użu illegali ta’ software ta’ spjunaġġ.
3 / 16
2 / 2
President - Grupp ta' Ħidma għall-Affarijiet Legali u Intern